L-Istati Uniti imponiet sanzjonijiet fuq żewġ ministeri Torok kif ukoll fuq tliet uffiċjali għolja tal-Gvern b’rispons għall-offensiva tagħhom fit-Tramuntana tas-Sirja.
Fl-aħħar ħinijiet, l-armata Sirjana daħlet fiż-żona fil-Grigal tas-Sirja. Dan jista’ jirriżulta f’konfront dirett mal-forzi militanti Torok. Il-mossa militari mill-armata Sirjana segwiet ftehim li sar mal-forzi Kurdi, li sal-ġimgħa l-oħra kienu alleati tal-Istati Uniti.
Il-President Amerikan, Donald Trump, waqt telefonata li kellu mal-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, talbu sabiex iwaqqaf l-attakki b’mod immedjat.
L-offensiva Torka fis-Sirja hija mmirata sabiex tistabilixxi żona sigura fil-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi. Filwaqt li t-Turikja trid li tibgħat kwazi żewġ miljun refuġjat Sirjan lura fis-Sirja.