L-Istati Uniti qed tikkunsidra restrizzjonijiet fuq passiġġiera li jkunu deħlin miċ-Ċina.
Dan qed isir wara li Beijing ħabbar li mix-xahar d-dieħel se jkun qiegħed jiftaħ mill-ġdid il-fruntiera tiegħu.
L-Amerikani, madanakollu, qalu li fid-dawl ta’ żieda sostanzjali fil-każijiet ta’ Covid-19 fiċ-Ċina u n-nuqqas ta’ trasparenza dwar is-saħħa tal-pazjenti qegħdin jikkunsidraw xi restrizzjonijiet.
Il-Ġappun, il-Malasja u t-Tajwan ukoll jinsabbu preokkupati li jimpurtaw każijiet tal-Covid-19 miċ-Ċina, fil-fatt qegħdin jħabbru miżuri aktar stretti dwar dawn il-passiġġiera, li fost l-oħrajn qegħdin ikunu mitluba jippreżentaw test negattiv għall-coronavirus.
Minkejja dan kollu Beijing qal li r-restrizzjonijiet li se tkun qed tillaxxka bil-ftuħ tal-fruntieri qegħdin isiru fuq bażi xjentifika.