L-Istati Uniti varat attakk fuq għadd ta’ żoni fis-Sirja u l-Iraq, bħala rispons għall-attakk tal-Ħadd li għadda bid-drone fuq bażi militari tal-Amerika fil-Ġordan u li ħalliet tliet suldati Amerikani mejtin.
Sal-lum, il-Gvern Amerikan għadu qed jgħid lil l-Iraq kien il-moħħ wara dan l-attakk, b’dan tal-aħħar qed jiċħad dawn l-akkużi.
Il-midja internazzjonali kkwtat lill-Iraq tgħid li dan l-attakk ta’ ritaljazzjoni se jġib konsegwenzi diżastrużi fir-reġjun, u li diġà nqatlu 16-il persuna.
Dwar dan, il-President Amerikan Joe Biden qal li l-attakki fuq l-għedewwa tagħhom se jkomplu, f’postijiet u ħinijiet li jiddeċiedu huma.