L-Istati Uniti qed takkuża liċ-Ċina b’azzjonijiet provokattivi u irresponsabbli, hekk kif fuq il-baħar prattikat attakk fuq it-Tajwan.
It-tensjonijiet bejn iċ-Ċina u t-Tajwan eskalaw propju wara li l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikan, Nancu Pelosi, għamlet żjara ta’ ftit sigħat fit-Tajwan.
Permezz ta’ din iż-żjara, li ma kellix il-barka tal-President Amerikan Joe Biden, il-President Ċiniż qal li l-Amerika qed tisfida l-fatt li ċ-Ċina tqis lit-Tajwan parti minnha.
Intant, il-Ministru tad-Difiża tat-Tajwan qal kif iċ-Ċina qed twettaq għadha qed twettaq eżerċizzji militari fl-ibħra tagħha.