L-Istati Uniti tat tletin ġurnata ċans lil Iżrael sabiex jgħin lil Gaza, permezz ta’ għajnuna umanitarja. Jekk dan ma jsirx, hemm ir-riskju li Iżrael jispiċċa mingħajr għajnuna militari.
Dan intqal mill-Istati Uniti f’ittra lil Iżrael, wara li l-pajjiż tal-aħħar, beda l-offensiva fit-Tramuntana ta’ Gaza u wasal biex numru kbir ta’ nies jweġġgħu jew saħansitra tilfu ħajjithom.
Jumejn ilu, l-awtoritajiet Iżraeljani qalu li ddaħħlu f’Gaza, tletin trakk b’ikel, wara perjodu ta’ ġimgħatejn mingħajr provvista ta’ ikel.