L-Istati Uniti se tippermetti lill-alleati tal-Punent biex jipprovdu lill-Ukrajna ġettijiet tal-ġlied avvanzati, inklużi F-16s magħmula fl-Amerika stess.
Il-Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali Jake Sullivan qal li l-President Joe Biden ħa din id-deċiżjoni waqt li qed jieħu sehem fil-laqgħa annwali tal-mexxejja tal-G7, li saret f’Hiroshima fil-Ġappun.
Sullivan spjega kif it-truppi Amerikani se jkunu qed iħarrġu lill-bdoti ta’ Kyiv biex jużaw dawn il-ġettijiet.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li din id-deċiżjoni hija waħda storika.
L-F-16s huma meqjusa bħala l-aktar ġettijiet affidabbli fid-dinja; fil-fatt, l-użu tagħhom ikun ifisser titjib sinifikanti fuq l-ajruplani li qed tuża l-Ukrajna li saru qabel ma’ l-pajjiż ħa l-indipendenza mill-Unjoni Sovjetika aktar minn 30 sena ilu.