L-Istati Uniti mistennija toħroġ formalment minn ftehim nukleari li kien sar mar-Russja, u dal-pass qed iqajjem il-biża li tibda tellieqa ta’ min għandu l-aqwa armi.
Il-ftehim, li jismu Intermediate-Range Nuclear Forces Treaty, kien iffirmat mill-eks President tal-Istati Uniti Ronald Reagan u l-mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev fl-1987.
Il-ftheim ipprojbixxa missilli li jlaħħqu d-distanza ta’ bejn ħames mitt kilometru u ħamest elef u ħames mitt kilometru.
Dan filwaqt li iktar kmieni dis-sena, l-Istati Uniti u n-Nato akkużaw lir-Russja li qed tikser il-ftehim billi tħaddem tip ġdid ta’ missilla, b’Moska tiċħad l-akkuża.
Ritratt: Reuters