l-Istati Uniti ħabbret pjanijiet biex tibgħat il-forzi tagħha fl-Arabja Sawdija wara l-attakki fuq l-infrastruttura taż-żejt tal-pajjiż. Is-Segretarju għad-Difiża Mark Esper qal li għalissa għadu mhux deċiż in-numru ta’ truppi li se jintbagħatu.
Minkejja li r-ribelli Houthi refgħu r-responsibiltà ta’ dawn l-attakki, l-Istati Uniti u s-Saudi Arabia akkużaw li l-Iran kien il-moħħ wara dawn l-attakki. Il-Ġimgħa filgħodu il-President Amerikan, Donald Trump, ħabbar sanzjonijiet kontra l-Iran, filwaqt li ta’ x’jifhem li jird jevita kunflitt militari. Trum qal li s-sanzjonijiet ġodda se jiffukaw fuq il-bank Ċentrali tal-Iran u l-fond tal-ġid sovran tal-pajjiż.