Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump ordna lill-Aġenzija Spazjali NASA biex jerġgħu jibagħtu tim fuq il-Qamar għall-ewwel darba mis-sena 1972.
Din il-missjoni se tkun qed tiffoka fuq esplorazzjonijiet fit-tul fejn se jkun qed isir użu mill-wiċċ tal-Qamar, dan b’kollaborazzjoni mas-settur privat.
Trump qal ukoll li l-programm se jkun qed iħejji pjan għal missjoni li ssir fuq Mars, li dwar din ma ngħatatx data.