L-Istati Uniti ħabbar numru ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja dwar allegazzjonijiet ta’ ndħil fl-elezzjoni Presidenzjali u attività malizzjuża online fil-konfront ta’ diversi individwi u entitajiet Amerikani.
Is-sanzjonijiet ġew iffirmati mill-President Amerikan Joe Biden.
Il-Gvern Russu ċaħad l-allegazzjonijiet filwaqt li sejjaħ kull sanzjoni ġdida bħala illegali.
30 entità huma mistennija li jiġu blacklisted kif ukoll għaxar uffiċjali Russi se jitkeċċew mill-Istati Uniti.