L-Istati Uniti se jibqgħu għaddejja bil-programm ta’ evakwazzjoni tat-truppi mill-Afganistan anke wara l-bomba suwiċida viċin l-ajruport ta’ Kabul li qatlet 90 persuna. 13 minn dawn kienu suldati Amerikani.
Apparti li wiegħed li se jfittxu lil min hu responsabbli għall-attakk, il-President Joe Biden insista li l-evakwazzjoni tal-persuni se tkompli.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johsnon iddeskriva l-attakk bħala wieħed barbaru, li mhux se jxekkel l-evakwazzjonijiet mill-Gvern Ingliż.
L-attakk tal-Ħamis ġie wara twissijiet mit-Talibani li se jkun hemm attakki hekk kif bosta qed jiġu evakwati qabel l-aħħar ta’ Awwissu.
S’issa aktar minn mitt elf ruħ ġew evakwati minn Kabul.