L-Istati Uniti se jgħinu fil-bini mill-ġdid ta’ Gaża, f’attentat biex jissaħħaħ il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-militanti Palestinjani.
Is-Segretarju għall-Istat Antony Blinken qal li hu kruċjali li din il-kriżi umanitarja tkun solvuta biex tkun evitata aktar vjolenza. Hu insista wkoll li dan kollu se jsir b’mod li ma jagħtix saħħa lill-militanti tal-Hamas.
L-Istati Uniti reġgħu tennew ukoll l-appoġġ tagħhom għad-dritt bażiku li l-Iżrael jiddefendi lilu nnifsu.
Il-ġlied li fl-aħħar ġimgħat ħasad il-ħajja ta’ aktar minn 250 persuna kien xprunat minn tensjoni bejn l-Iżrael u l-Palestinjani fil-Lvant ta’ Ġerusalemm.