L-Istati Uniti qed iżżomm lil President tal-Venezwela Nicolas Maduro responsabbli għas-sigurta ta’ żewġ mexxejja tal-oppożizzjoni li ġew arrestati.
Fi stqarrija, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump appella wkoll għal ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha.
Leopoldo Lopez u Antonio Ledezma, li kienu qed jinżammu arrestati fir-residenz atagħhom, ittieħdu f’ħabs militari.
Dan wara l-votazzjoni kontroversjali li sare il-Ħadd li għadda fuq l-assemblea kostitwenti. Votazzjoni li ħalliet għaxar persuni mejta, hekk kif l-oppożizzjoni bbojkotjat l-elezzjoni.