Il-midja Amerikana qed tirraporta li l-Istati Uniti bi ħsiebhom jirtiraw eluf ta’ truppi mill-Afganistan.
Ir-rapporti, li jikkwotaw uffiċjali b’mod anonimu, jsostnu li madwar sebat elef uffiċjal – iġifieri madwar nofs it-truppi fl-Afganistan, jistgħu jkun jissejħu lura fi żmien ftit xhur.
Dawn ir-rapporti waslu l-għada li l-President Amerikan Donald Trump ħabbar li l-Istati Uniti kienu se jirtiraw il-forzi militar tagħhom mis-Sirja.
L-Istati Uniti ilhom fl-Afganistan mill-2001 wara l-attakki tal-ħdax ta’ Settembru – meta Osama Bin Laden kien ħa r-responsabbiltà tat-tiġrif tat-Twin Towers.