Kumpanija Amerikana se tibqa’ mfakkra fl-istorja aerospazzjali hekk kif saret l-ewwel waħda li rnexxiela tniżżel vettura spazzjali fuq il-qamar.
Il-kumpanija bl-isem ‘Intuitive Machines’ u li hija bbażata fi Houston fl-Istati Uniti, irnexxiela tagħmel dan permezz tar-robot bl-isem Odysseus.
B’hekk l-Istati Uniti reġgħet għandha preżenza fuq il-qamar wara iktar minn ħamsin sena bl-aħħar missjoni tkun dik tal-Apollo fl-1972.
Intant fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv u ko-fundatur tal-kumpanija Steve Altemus sostna li bħalissa r-robot qed jittrasmetti filwaqt li jinsab maqlub fuq il-ġenb tiegħu.
Madankollu, ġie spjegat li l-istrumenti xjentifiċi li jinsabu fih jinsabu fi stat tajjeb u huwa mifhum li jistgħu jwettqu xi xogħol li kien ippjanat għalihom.