L-Awtorita Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti qalet li mhux se tissospendi ajruplani tat-tip Boeing 737 Max, minkejja pressjoni mis-senaturi u unjins tal-ħaddiema.
L-awtorita qalet li analiżi li saret uriet li ma hemm l-ebda kwistjonijiet sistematiċi fuq il-prestazzjoni ta’ dawn l-ajruplani, u ma kien hemm l-ebda bażi li jtwaqqfu l-ajruplani.
Kollox beda wara li ajruplan tal-Ethiopian Airlines iġġarraf il-Ħadd li għadda, u mietu l-mija sebgħa u ħamsin persuna abbord, fit-tieni inċident fatali li nvolva ajruplan tat-tip 737 Max 8 fi żmien ħames xhur.
Numru ta’ pajjiżi u żoni fid-dinja pprojbixxew dan it-tip t’ ajruplan milli jinstaq fl-ajru tagħhom. Fost dawn hemm Malta, l-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit, iċ-Ċina u l-Awstralja.