L-Istati Uniti qed iwissi kontra l-ivvjaġġar lejn il-Ġappun minħabba s-sitwazzjoni tal-pajjiż b’rabta mal-COVID-19. Dan ġimgħat biss qabel l-Olimpjadi f’Tokjo.
Uffiċjali tad-delegazzjoni Amerikana għall-Olimpjadi qalu iżda li jinsabu fiduċjużi li l-atleti Amerikani se jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sigur fl-avveniment storiku.
B’kollox fil-Ġappun kien hemm aktar minn seba’ mitt elf persuna li ġew infettati bil-COVID-19, u mietu mat-tnax-il elf persuna.