Fl-aħħar sena, l-Istati Uniti arrestaw aktar minn 1.7 miljun persuna minn mal-fruntieri tal-Messiku.
Dan qed jitqies bħala numru rekord hekk kif l-aħħar darba li ġie rreġistrat dan in-numru mill-awtoritajiet Amerikani kien lura fis-sittinijiet. Dan filwaqt li fis-sena 2000, ġew irreġistrati 1.6 miljun persuna.
Aktar minn miljun migrant ġew imkeċċija jew ntbagħtu lura lejn il-pajjiż nattiv tagħhom skont informazzjoni mill-Aġenzija tad-Dwana u Protezzjoni tal-Fruntieri Amerikana.
L-aġenti ta’ din l-aġenzija qabdu nies minn aktar minn 160 pajjiż.
Il-popolarità tal-President Amerikan Joe Biden qiegħda tonqos u waħda mir-raġunijiet hija propju l-politika tal-immigrazzjoni.
Biden kien wiegħed politika aktar umana mill-predeċessur tiegħu iżda l-fruntieri bejn l-Istati Uniti u l-Messiku ilhom fi kriżi ħafna iktar mill-presidenza tad-demokratiċi li ilha biss disa’ xhur.