Dan wara li l-ICC, il-Qorti Kriminali Internazzjonali s-sena li għaddiet talbet għal investigazzjoni f’allegat krimini ta’ gwerra mwettqa fl-Afghanistan, li jinvolvu membri tal-Militar u l-Intelliġenza Amerikani.
B’reazzjoni għal dan, il-konsulent Nazzjonali Amerikan għas-Sigurtà John Bolton sostna li din l-azzjoni hija illeġittima, u qal li l-Istati Uniti mhux se jikkoperaw mal-ICC, mhux se jingħaqdu magħha, u lanqas se jipprovdu assistenza.
Qal li se jħallu din l-istituzzjoni tmut waħedha, hekk kif għalihom, din diġà hi mejta.