L-Aġenzija Amerikana dwar l-Ikel u l-Mediċina awtorizzat l-użu tal-vaċċin kontra l-Coronavirus tal-Pfizer u BioNTech f’każijiet ta’ emerġenza.
Il-President Amerikan Donald Trump qal li dan il-vaċċin se jibda jintuża f’inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa hekk kif in-numru ta’ fatalitajiet fl-Amerika qabżu l-mitejn u disgħin elf.
Is-Segretarju Amerikan għas-Saħħa Alex Azar qal li d-dipartiment se jaħdem flimkien ma’ Pfizer dwar programm ta’ tilqim tal-massa biex jibda nhar it-Tnejn jew it-Tlieta.
Il-vaċċin tal-Pfizer ġie approvat fir-Renju Unit, il-Kanada, il-Bahrain kif ukoll fl-Arabja Sawdija.