Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar tariffi straordinarji fuq il-Messiku, l-Kanada, u ċ-Ċina, hekk kif iffirma abbozz ekonomiku fil-klabb tiegħu f’Mar-a-Lago fil-ġurnata tas-Sibt.
L-amministrazzjoni ta’ Trump saħqu li dawn it-tariffi se jkunu implimentati sabiex jitnaqqas id-dħul ta’ droga u immigranti bla dokumentazzjoni fl-Istati Uniti, filwaqt li potenzjalment, konsumaturi Amerikani jaf jesperjezaw żieda fil-prezzijiet ta’ affarijiet komuni, minn ikel sa karozzi.
Sigħat wara din l-aħbar, il-President Messikan Claudia Sheinbaum saħqet li l-Messiku se jimponi tariffi retalitorjali, filwaqt li l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ħabbar li se jimponi tariffi straordinarji wkoll.
Sadanittant, il-Ministru għall-Kummerċ Ċiniż elenka kif se jkun qed jinfetaħ ilment mal-World Trade Organization, u se jkunu qed jittieħdu l-passi neċessarji.