L-Istati Uniti ħabbret sanzjonijiet fuq ir-Russja wara li l-Awtoritajiet Amerikani sostnew li ntużat sustanza tossika kontra l-eks spija Russu Sergei Skripal u bintu.
Skripal u bintu nstabu mitlufa minn sensihom f’Salisbury f’Marzu li għadda. Huma rnexxielhom jirkupraw wara ġimgħat ta’ kura.
Is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti konra r-Russja se jidħlu fis-seħħ fit-22 ta’ Awwissu li ġej. L-Istat Russu għadu qed jiċħad li kellu x’jaqsam ma’ dan il-każ.