Il-President Amerikan Joe Biden approva ordni eżekuttiva biex l-Amerka timponi sanzjonijiet fuq dawk li mexxew il-kolp ta’ stat fil-Myanmar.
Il-miżuri se jiffukaw fuq il-mexxejja Militari, il-qraba tagħhom u negozji li għandhom rabta magħhom.
Qed jittieħdu wkoll passi biex jiġi mblukkat l-aċċess mill-militar għal fondi tal-Gvern ta’ madwar biljun dollaru Amerikan, li qed jinżammu fl-Istati Uniti.
Dawn is-sanzjonijiet tħabbru wara li mara laqtet tir f’rasha waqt il-protesti li qed isiru fil-pajjiż, u qed tiġġieled għal ħajjitha fi sptar fil-kapitali.
Għexieren ta’ eluf ta’ persuni nġabru fit-toroq fil-Myanmar fl-aħħar jiem biex isemmgħu leħinhom kontra kolp ta’ stat li seħħ il-ġimgħa li għaddiet.