L-Ukrajna ordnat liċ-ċittadini tagħha fir-Russja sabiex iħallu l-pajjiż immedjatament.
Dan hekk kif madwar tliet miljun Ukren bħalissa jinsabu fir-Russja. Tul il-jum tal-Erbgħa r-Russja irtirat id-diplomatiċi kollha mill-Ukrajna filwaqt lill-President Putin sostna li hu għadu miftuħ għad-diskussjonijiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intant l-Amerka mponiet għadd ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja, dan hekk kif il-President Amerikan Joe Biden qal li bdiet l-invażjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna.
Mall-Istati Uniti ngħaqdu wkoll l-Awstralja, il-Kanada u l-Ġappun u poġġew sanzjonijiet fuq ir-Russja.