L-Istati Uniti u l-Kolombja se jkunu qed jaħdmu qatigħ id f’id biex inaqqsu l-produzzjoni tal-pjanta tal-koka bin-nofs sal-2023. Dan ħareġ wara laqgħa li seħħet bejn is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Mike Pompeo mal-President tal-Kolombja Ivan Duque.
Pompeo qal li huwa inkwetat dwar iż-żieda fil-produzzjoni minn din il-werqa. Rapport riċenti minn Nazzjonijiet Uniti juri li ntlaħaq rekord fl-ammont ta’ art agrikolarkola li tintuża għal ħxejjex tal-koka; liema waħda hija waħda mill-ingredjenti tal-kokaina.
Il-kolombja ilu s-snin jipprova jikkombatti l-produzzjoni tal-kokaina- bl-Istati Uniti ta’ kull sena jagħtu għajnuna finanzjara li tlaħħaq mal-erba mitt miljun dollaru sabiex tiġi ndirizzata din il-problema u fl-istess waqt tinqata l-produzzjoni u jiġu identifikati t-traffikanti tagħha.