Il-Pentagon ħabbar illi l-Amerka wettqet attakki mill-ajru fl-Iraq u fis-Sirja kontra l-forzi militari li għandhom l-appoġġ tal-Iran.
Fi stqarrija, intqal li dan sar b’reazzjoni għall-attakki permezz ta’ drones, li saru mill-istess forzi militari fuq truppi Amerikani fl-Iraq.
Numru ta’ bażijiet militari Amerikani fl-Iraq kienu fil-mira ta’ diversi attakki fl-aħħar xhur li l-Iran ċaħad kull involviment fihom.