L-Avukat Ġenerali għall-Istat ta’ Oregon fl-Amerika ppreżenta kawża kontra l-Gvern federali b’akkuża illi żamm b’mod illegali lil dawk li ħadu sehem fil-protesti b’rabta mal-qtil ta’ George Floyd li saru f’Portland.
Matul din il-ġimgħa, uffiċjali dehru jaħtfu lid-dimostranti u jarrestawhom għall-ebda raġuni. Madankollu, l-Gvern federali qal illi hu aġixxa b’dan il-mod biex iżomm l-ordni.
Matul il-jum tas-Sibt, dimostranti dehru jżarmaw l-ilqugħ li tpoġġa ftit tas-sigħat qabel madwar il-qorti federali.