L-aħħar figuri b’rabta mal-Coronavirus juru li l-Istat ta’ New York fl-Amerka għandu aktar każijiet minn kwalunkwe pajjiż ieħor barra mill-Istati Uniti.
Matul il-jum tal-Ħamis, in-numri ta’ każijiet ġodda żdiedu b’10,000 biex b’hekk fi New York biss il-każijiet telgħu għal kważi 160,000. Isgwu l-Istat ta’ New York hemm Spanja b’153,000 każ u l-Italja b’143,000 każ. Madanakollu minkejja li l-Istat għandu l-akbar amont ta’ każijiet, in-numru ta’ mwiet huma inqas minn dawk tal-pajjiżi msemmija. In-numru ta’ fatalitajiet fi New York huwa ta’ 7,000 filwaqt li fi Spanja u l-Italja huwa ta’ 15,500 u 18,000 rispettivament.
Diversi ritratti juru ħaddiema libsin ilbies protettiv biex jidfnu numru ta’ twiebet f’qabar kbir, f’sit li ilu jintuża għal dan l-aħħar 150 sena għal dfin tal-massa kif ukoll għall-persuni li ma għandhomx qraba jew familji li ma jifilħux iħallsu l-ispejjeż ta’ funeral.