L-istakeholders ewlenin Ewropej iddiskutew lkoll flimkien rapport tar-rapprezentant Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat f’konferenza ta’ nofs ta’ nhar li giet organizzata mill-istess Qorti gewwa il-bini tal-Kumitat tar-Reġjuni fi Brussels.
Fost dawk li ħadu sehem kien hemm Celine Goer, id Deputat Segretarju Generali tal-Kummissjoni Ewropea, Emily O’Reilly, l-Ombudsman Ewropew, Cecilia Wikstrom, Chairperson tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet (PETI) tal-Parlament Ewropew, Jan M. Passer, Mhallef fil-Qorti Ewropea tal-Gustizzja, kif wkoll d-Direttur Generali dwar l-Ambjent fil-KE Daniel Calleja Crespo.
Ħadu sehem wkoll Membri tal-Parlament Ewropew, Il-Kumitat tar-Regjuni, l-Ufficju tal-Awditur tal-Filandja, ir-Rapprezentanza Permanenti tal-Awstrija li bħalissa għandha l-Presidenza tal-UE, l -EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE – EESC u l-istitut prestiggjuz ta’ Vjenna, THE INSTITUTE FOR EUROPEAN INTEGRATION RESEARCH.
Fl-intervent tiegħu tal-ftuħ u tal-għeluq tal-konferenza is-Sur Brincat saħaq li ċ-ċittadini Ewropej għandhom kull interess biex jaraw il-liġijiet tal-UE jitħaddmu fil-prattika għalhiex b’hekk biss tista’ toktor il-fiduċja u jinkisbu r-riżultati meħtieġa. Brincat qal li b’hekk jkunu qed jgħinu wkoll biex il-policies tal-Unjoni jiksbu s-suċċess meħtieġ u jsiru verament effettivi.
Din il-konferenza kienet l-ewwel okkażżjoni li fiha l-Qorti Ewropea tal-awdituri ħarset lejn dan is-suġġett topiku u ta’ interess ġenerali li għandu firxa wiesgħa ħafna.
Il-konferenza kollha ġiet web streamed.
Is-Sur Brincat ġie mistieden jiltaqa’ u jindirizza kumitati tal-Parlament Ewropew dwar l-istess rapport fil-ġejjieni qasir.