Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Kumitat tal-Kabinett dwar il-governanza se jiddeċiedi dwar bosta miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu l-governanza f’pajjiżna.
Dr Zammit Lewis qal dan f’laqgħa li kellu ma’ delegazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ li matulha ġie ppreżentat b’dokument dwar it-tisħiħ tal-governanzna u s-saltna tad-dritt.
“Dan il-kumitat tal-kabinett diġà ltaqa’ t-tieni darba fi ftit jiem diġa kien hemm zewg laqgħat twal li apparti li niddiskutu hemm miżuri li se niddeċiedu fil-jiem jew ġimgħat li ġejjin.” Stqarr il-Ministru.
Il-Ministru saħaq illi l-governanza hija importanti mhux biss bħala valur għal rasha, iżda għax din tagħtina stabbilità f’pajjiżna, u għalhekk qal li din tiggarantilna andament ekonomiku b’saħħtu u ‘level playing field’ għal kull negozju u intrapriża f’pajjiżna.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis tkellem dwar diversi laqgħat li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellhom mal-mexxejja tal-istituzzjonijiet Ewropej. Huwa qal li kellu mal-Viċi President fil-Kunsill tal-Ministi għall-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna terġa’ tissaħħaħ.
Temm jgħid, “Spjegajtlu il-proġett li għandna ir-riformi li għandna u lesti li fil-gimghat li gejjin ikun hemm time frame car ghas-sodisfazzjoni mhux biss tal-istituzzjonijiet ewropej izda wkwll ta’ entitjaiet bħalkom li nagħmlu time frame car tar-riformi ukoll meta deħlin.”
Min-naħa tagħha, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li laqgħet tajjeb l-ewwel jiem tal-Prim Ministru Robert Abela, kif ukoll li ser tibqa’ tkun proattiva fil-proposti tagħha għall-ġid ta’ pajjiżna.