L-Isqof Malti fi Tripli George Bugeja wasal lura Malta wara li ġie evakwat mil-Libja bl-għajnuna tal-Gvern fuq talba tiegħu.
one.com.mt jinsab informat l-Isqof Bugeja wasal Malta għall-ħabta tas-7.20 p.m. fuq titjira tal-linja tal-ajru Medavia.
L-Isqof Bugeja talab li jiġi evakwat wara li fl-aħħar ġimgħat is-sitwazzjoni fil-Libja marret mill-ħażin għall-agħar bi ġlied kontinwu bejn għadd ta’ milizji.
F’kummenti ma’ one.com.mt qal li s-sitwazzjoni fil-kapitali Libjana kkalmat xi ftit minkejja attakk fuq il-kwartieri ġenerali tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt fi Tripli. Saħaq li daqs tliet ġimgħat oħra se jirritorna fi Tripli, u jittama li “l-affarijiet jilħqu jiġu f’posthom”.
Huwa qal li sab għajnuna siewja mill-Gvern biex jinġieb lura Malta.