F’omelija ċara u maħsuba biex tibgħat messaġġ lis-soċjetà ċivili nhar Santa Marija, l-Isqof t’Għawdex Mario Grech tkellem dwar it-teħid tad-droga fil-festi.
Fil-Katidral taċ-Ċittadella Għawdex nhar l-Assunta, Monsinjur Mario Grech tkellem dwar kif id-droga hija ġerħa serja f’Għawdex u saħansitra fiha mhux biss qed jinqabdu żgħażagħ iżda anki tfal taħt l-età.
“Hawn min jinnota li llum naqas il-konsum tal-alkoħol fil-festi-kieku din ħaġa tajba!-imma jekk inhu hekk, kif naraw tant persuni mdamdmin wara l-marċijiet?” saħaq ir-ragħaj spiritwali Għawdxi.