Illum kien jum speċjali għall-Katidral ta’ Għawdex għaliex għal Pontifikal ta’ Santa Marija li mexxa l-Isqof Mario Grech kien mistieden l-Imam Mohammed El Sadi tal-Komunita’ Musulmana f’pajjiżna flimkien ma’ rappreżentanti tal-istess Komunita’.
L-Isqof Grech qal li stieden lill-Imam biex ikun mal-komunita’ għaliex Marija hija persuna rispettata miż-żewg reliġjoni tant li fil-Koran issir referenza għaliha. L-Imam segwa b’attenzjoni kbira l-funzjoni kollha u wara iltaqa’ mal-mistiedna preżenti. Illum qegħdin nibagħtu sinjali favur il-paċi.
L-Isqof ta’ Ghawdex tkellem dwar it-tbatija li ġabu l-gwerer dinjin u tenna li bħalissa għandna gwerra għaddejja spezzata f’lokalitajiet varji. Semma d-diversi gwerer fost il-familji, fost l-aħwa u tkellem kontra l-piki inkluż dawk fi ħdan il-Knisja.
IL-Katidral tar-Rabat Għawdex kien mimli persuni jsegwu l-pontifikal imżejjen bil-mużika taħt id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard u fost dawk preżenti kien hemm il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u Segretarju Parlamentari Justyne Caruana.
Eluf ta’ persuni qegħdin iżuru c-Ċitadella u jammirraw il-proġett inkluż it-tiżjin tal-festa ta’ Santa Marija li kompla jżejjen din il-ġawhra unika fil-gżejjer Maltin.