Waqt li ċċelebra Jum il-Ħajja b’quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, li għaliha attendiet il-President Myriam Spiteri Debono u rappreżentanti ta’ għaqdiet favur il-ħajja, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi ddeskriva l-ewtanasja bħala “falliment ta’ mħabba” u “mera ta’ kultura tal-iskart” li fiha l-persuna m’għadniex inħossuha bħala valur primarju li għandna nirrispettawh u nieħdu ħsiebu.
Fl-omelija tiegħu hu wkoll enfasizza li l-ħajja għandha tkun protetta mill-konċepiment sal-mewt, waqt li rringrazzja l-ħidma li ssir mill-istituzzjonijiet li jaħdmu id f’id mal-Knisja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI