Fi stqarrija, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex stiednu lill-Poplu Malti u Għawdxi biex f’Jum l-Għid il-Ħamisin li huwa għada, biex jingħaqdu mal-Papa Franġisku fit-talb għall-Knisja, għal pajjiżna u għad-dinja.
F’jum l-Għid il-Ħamsin, il-Papa Franġisku kellu jżur pajjiżna, iżda minħabba l-imxija tal-Coronavirus din ġiet posposta.
Dan it-talb fejn l-isqfijiet ser jingħaqdu mal-Papa Franġisku llum is-Sibt fil-5:30 ta’ wara nofsinhar mal-Isqof Mario Grech mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu u għada l-Ħadd fid-9:30 ta’ filgħodu mal-Arċisqof Charles Scicluna mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa. Dan it-talb ser jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali permezz ta’ TVM2 u l-midja soċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex.