L-isptar Mater Dei, li dam 15-il sena biex inbena, sewa lill-pajjiżna ħames darbiet aktar mill-valuri kuntrattwali oriġinali.
Dan sostnieh ir-rapport tal-awditur ġenerali li sab li Gvern nazzjonalista kellu nuqqasijiet serji ta’ kwalità, spejjeż ogħla minn dawk prevvisti u nuqqas ta’ governanza.
L-awditur ġenerali qal li l-proġett tal-bini kien katalist biex trasforma s-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa f’Malta iżda l-proġett kien ikkaratterizzat minn nuqqasijiet serji u problemi ta’ kwalità, spejjeż ogħla minn dawk prevvisti u oħrajn ta’ skadenzi.
Mir-rapport tal-awditur ġenerali ħareġ li studju komparattiv żvela li l-ispejjeż għad-disinn u l-kostruzzjoni tal-isptar qabżu il-benchmarks internazzjonali relatati mal-ispazju għal kull sodda u l-ispiża għal kull metru kwadru.
Din is-sitwazzjoni ġiet riflessa wkoll meta dawn il-parametri ġew imqabbla mal-ispejjeż għad-disinn u l-bini taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Ir-rapport imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti nnota li l-ispejjeż tal-isptar Mater Dei għal kull metru kwadru qabżu dawk ta’ l-isptar Sir Anthony Mamo bi tletin fil-mija.
Ġie stmat li l-ispejjeż tad-disinn u l-kostruzzjoni ta’ Mater Dei kienu ogħla b’sebgħa u disgħin miljun ewro meta mqabbla mal-isptar tal-Onkoloġija.
B’hekk l-isptar Mater Dei sewa lill-pajjiżna ħames mija tlieta u tmenin miljun ewro.
Bir-rapport tal-Awditur Ġenerali nnota li d-disinn tal-isptar ikkontribwixxa parzjalment, għar-rati għoljin tad-disinn u l-kostruzzjoni.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/29/investigazzjoni-li-tikkonferma-l-falliment-fil-kontabbilta-u-governanza-fi-zmien-il-pn/