Sptar fl-Ingilterra qed iħeġġeġ żgħażagħ biex ibiddu ħajjet nies oħra u jagħtu l-isperma bħala donazzjoni.
Whittington Hospital f’Highgate, fit-tramuntana ta’ Londra, għamel sejħa indirizzata lejn irġiel altruisti ta’ bejn it-18 u l-45 sena. Dawn se jinbiegħu lil koppji infertili.
Esperti mediċi qed jgħidu li minn kull donazzjoni, jistgħu jiskbu tliet kampjuni, u kull wieħed jista’ jinbiegħ għal £900. Jiġifieri £2,700 ta’ donazzjoni waħda.
Tad-donazzjoni, id-donatur jingħata sa £35 tal-iskariġġ. Dan ifisser profitti kbar għall-isptar, li għandu miljunu ta’ liri f’dejn. Filwaqt li jtaffu ftit mid-defiċit finanzjarju, jixtiequ wkoll jipprovaw ikissru l-mentalità li d-donazzjoni tal-isperma hija xi ħaġa stramba.