Matul dawn l-aħħar tletin sena li ilha mwaqqfa l-Assoċazzjoni tal-Isports tal-BMX, il-membri fi ħdanha raw progress kbir. Madankollu l-akbar progress sar f’dawn l-aħħar sentejn meta rnexxielhom jiksbu post li fih jistgħu jipprattikaw dan l-isports u jorganizzaw kompetizzjonijiet.