L-isport tat-Tai Chi se jkun qed jiġi offrut b’xejn, online. Dan permezz ta’ kollaborazzjoni bejn SportMalta u l-Kunsilli Lokali.
It-Tai Chi huwa sport tad-dixxiplina tal-arti marzjali u f’dawn l-aħħar snin qabad ritmu mgħaġġel u qiegħed kull ma jmur issir aktar popolari kemm mat-tfal kif ukoll maż-żgħażagħ, l-adulti u l-anzjani.
It-Tai Chi jaf l-oriġini tiegħu fiċ-Ċina.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima qal kif permezz ta’ din il-kollaborazzjoni bejn SportMalta u l-Kunsilli Lokali, l-isport se jkun qed ikun aktar viċin tal-komunità.
Is-Segretarju Parlamentari qal kif din l-inizjattiva hija miftuħa għall-persuni ta’ kull età.
Qal kif, “Dan kollu jikkumplimenta l-missjoni ta’ SportMalta, dik li tħares dak li huwa l-isport agonistiku tal-pajjiżi, l-atleti li jikkompeti fuq livell nazzjonali u anke internazzjonali u fuq kollox tħares lejn dawk li huma l-komunitajiet Maltin li ma jieħdux sehem fi sport kompetttiv, però xorta waħda ħa jkollu l-opportunità illi jieħdu sehem f’attivitajiet fiżiċi li huma ta’ ġid, kemm għas-saħħa mentali u anke dik tas-saħħa fiżika.”
Adrian Axisa, li jmexxi dan l-isport f’pajjiżna qal kif dan l-isport jgħin lin-nies sabiex ikunu nies aħjar u iżjed b’saħħithom hienja.
Qal kif, “Tfisser ħafna speċjalment, bħalissa kif jaf kulħadd. Jien li qed nara b’dan il-mezz li nistgħu nwasslu messaġġ ta’ hena wkoll u paċi, daż-żminijiet għax in-nies qed narahom qed jitfixklu ħafna u tinduna s-sewqan, meta tkellem bniedem u kollox, qed isib qisu ruħu qed jintilef.”
Iċ-Chairman ta’ SportMalta, Luciano Busuttil qal kif waqt il-pandemija bdew isiru attivitajiet sportivi fuq pjattaformi diġitali. Busuttil qal kif permezz ta’ din l-inizjattiva, sport mhux daqshekk popolari se jkun jista’ jipprattikah kull min irid.