Minn stqarrija interna li għamlet Liquigas Malta, b’rabta mal-inċident li seħħ f’residenza f’Ħ’Attard fid-9 ta’ Jannar li għadda, ħareġ li ċ-ċilindru involut kien soġġett għal sħana eċċessiva li ġiet minn exhaust ta’ fireplace u li wasslet għal ħsara fiċ-ċilindru.
“Iċ-ċilindri huma ddisinjati skont standards internazzjonali u jistgħu joperaw bla periklu f’kundizzjonijiet ambjentali lokali, inkluż f’dawk il-kundizzjonijiet ta’ sħana ta’ matul is-sajf. Min-naħa l-oħra, jekk iċ-ċilindri jkunu soġġetti għal sħana eċċessiva li tkun ġejja minn sors estern, u f’każ bħal dan jinqabżu l-parametri tad-disinn taċ-ċilindru, dan jista’ jwassal għal ħsarat.”
Għal din ir-raġuni, Liquigas Malta appellat lill-klijenti tagħha sabiex jikkunsidraw sew fejn iqiegħdu ċ-ċilindri, mimlijin jew vojta, ħalli dawn ikunu ’l bogħod minn kwalunkwe sors tas-sħana u skont ir-regoli tas-sigurtà.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/01/09/jisplodi-cilindru-tal-gass-fhattard-2/