Il-Bank Dinji wissa li l-ispiża hija wisq kbira għall-Gvernijiet madwar id-dinja biex ikunu jistgħu jgħinu lin-nies minħabba l-kontijiet tal-enerġija li qegħdin jirċievu, li kulma jmur qegħdin dejjem jogħlew.
Il-President tal-Bank qal li l-iskemi t’għajnuna fil-pandemija ma kinux biżżejjed biex jgħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli, u d-dejn se jieħu deċenji biex jinqata’.
David Malpass qal li l-ispiża biex il-Gvernijiet jgħinu lin-nies hija kbira wisq. Qal li din l-istess spiża qed timbotta d-dejn globali għal livelli rekord u l-persuni bl-ikbar pagi baxxi huma l-iktar milquta.