L-Ispettur Sandro Camilleri fi status li tella’ fuq is-sit soċjali ta’ facebook ftit tal-ħin ilu qal li qed jiġi ċċirkolat artiklu dwar liġi ġdida tat-tipjip fil-karozzi. Camilleri jgħid li dan mhux minnu.
Jgħid ukoll illi li tiekol, tixrob, tpejjep jew tagħmel il-make up waqt is-sewqan, qatt ma kien permissibbli għaliex wieħed irid ikollu kontroll assolut tal-vettura tiegħu waqt is-sewqan. L-Unika liġi li daħħlet hija dwar tipjip fil-preżenza tal-minuri, sosnta Camilleri.