F’isem il-Parlament, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia esprima d-dieqa tiegħu għall-mewt tal-Papa Franġisku.
L-Ispeaker qal kif Papa Franġisku se jibqa’ mfakkar bħala mexxej spiritwali ta’ statura global. Dan hekk kif il-Papa kien vuċi qawwija favur l-umiltà, il-ħniena, u d-dinjità umana.
Qal li l-papat tiegħu kien immarkat minn dedikazzjoni bla heda lejn il-ġustizzja, il-paċi u favur dawk l-aktar nies vulnerabbli. F’mumenti ta’ inċertezza u inkwiet, kliemu kien joffri tama u kien jinstema’ b’saħħtu kemm ġewwa, kif ukoll barra mill-Knisja Kattolika.
Fl-istqarrija, l-Ispeaker wassal il-kondoljanzi f’isem il-Parlament Malti u lill-Kattoliċi f’Malta u madwar id-dinja.