Fi żjara li għamel l-Ispeaker tal-House of Commons tal-Kanada, Anthony Rota, lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia, ġiet diskussa r-relazzjoni b’saħħitha li għandhom iż-żewġ pajjiżi mill-elf disa’ mija erbgħa u sittin.
Farrugia wera l-apprezzament tiegħu f’isem Malta dwar l-għajnuna li ngħatat mill-Kanada b’rabta mar-rilokazzjoni ta’ gruppi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
Farrugia u Rota ddiskutew l-iżviluppi li hemm b’rabta mal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna fejn Farrugia spjega kif iridu jsiru l-isforzi kollha bejn l-entitajiet ikkonċernati biex tinstab solużżjoni.
Iddiskutew ukoll interessi komuni fosthom is-sitwazzjoni il-Libja, it-tensjoni bejn il-Greċja u t-Turkija, is-sitwazzjoni fil-Palestina kif ukoll il-migrazzjoni illegali.