L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia se jservi bħala Aġent President għal jiem li ġejjin.
Dan hekk kif fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President intqal li l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta għall-Vatikan sabiex tattendi għall-funeral tal-Papa Franġisku.
Il-President Spiteri Debono qed tmexxi d-delegazzjoni Maltija li se tattendi għall-funeral tal-Papa, li ħa jsir għada filgħodu. Din id-delegazzjoni tinkludi fost l-oħrajn il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia.
Bħalissa wkoll il-kariga ta’ Aġent President hi waħda vakanti wara li Francis Zammit Dimech ħalla din id-dinja, nhar it-Tnejn li għadda, fl-età ta’ 70 sena.