Fis-seduta parlamentari tat-Tnejn filgħaxija, il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield talab lill-Ispeaker Anġlu Farrugia biex jinvestiga allegat recording bil-mobile fil-bini tal-Parlament minn ajjutant tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Dan wara rapport fil-gazzetta KullĦadd u rimarki li saru fil-programm Pjazza mxandar fuq ONE ippreżentat minn Karl Stagno Navarra.
Bit-titlu, ‘Il-Partit Nazzjonalista jinqabad jirrekordja lill-ġurnalisti’, il-KullĦadd irrapportat li aktarx assistent personali ta’ Bernard Grech qed jintuża biex jispjuna fuq il-ġurnalisti b’mod sistematiku waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.