Fil-Parlament, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ma laqax talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech biex il-Parlament jiddiskuti b’mod urġenti rapport tal-Ombudsman dwar l-istat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin erba’ snin ilu.
Il-Kap Nazzjonalista qal li din hi materja urġenti li l-Parlament għandu jiddiskuti.
Minkejja dan, l-Ispeaker tenna li dan ir-rapport, li ġie ppubblikat ftit tal-jiem ilu, ma jirriflettix is-sitwazzjoni preżenti.
Wara li ma laqagħlux it-talba, il-Kap Nazzjonalista ppreżenta mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, mingħajr lanqas biss irrikonoxxa l-iżviluppi sinifikanti li seħħew fl-aħħar erba’ snin fil-ħabs.