It-Tnejn waranofsinhar, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ma laqax it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Dan hekk kif il-Gvern, permezz tal-Whip Naomi Cachia talbet li ssir Stqarrija Ministerjali mill-Prim Ministru Robert Abela. Dan b’rabta mas-serqa ta’ droga minn kontejner, li seħħet fil-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’Ħal Safi.
Dlonk qabeż il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, li qal li ma jridx li ssir Stqarrija Ministerjali.
Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-Whip tal-Gvern qalet li bħalissa dwar dan il-każ hemm miftuħa inkjesta Maġisterjali u anki nfetħet inkjesta amministrattriva.
L-Ispeaker Farrugia qal li diskussjoni fil-Parlament tista’ tippreġudika dan il-każ.
L-Ispeaker sostna li għandu jkun hemm kawtela meta tkun diskussa din il-kawtela.