L-Ispeaker Anġlu Farrugia laqa’ delegazzjoni mill-forum tal-Commonwealth tan-National Liberal Club tar-Renju Unit. B’din id-delegazzjoni kienet tinkludi membri prominenti, fosthom Lords u Membri Parlamentari.
Matul il-laqgħa, iż-żewġ naħat iddiskutew firxa wiesgħa ta’ suġġetti, b’enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-korpi leġiżlattivi ta’ Malta u r-Renju Unit.
Fost il-kwistjonijiet diskussi kien hemm l-impatt tar-riformi politiċi riċenti f’Malta, fosthom it-tisħiħ tal-proċessi demokratiċi, l-indipendenza ġudizzjarja, u l-isforzi biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni.
Biż-żewġ naħat innotaw il-progress sinifikanti ta’ pajjiżna f’dawn l-oqsma u enfasizzaw l-importanza li nkomplu ntejbu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, u l-governanza tajba.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia enfasizza l-kisbiet ta’ Malta fl-aħħar snin, fosthom it-tkabbir ekonomiku, ir-riformi soċjali, u l-avvanzi f’oqsma bħall-enerġija rinnovabbli u l-innovazzjoni diġitali, li kollha għenu biex isawru l-progress ta’ Malta fix-xena globali.