L-Ispeaker tal-Parlament Dr Anġlu Farrugia saħaq li huwa ma setax jivvota favur ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar reklamar mill-Ministeru ta’ Carmelo Abela għaliex hu ma jaqbilx mar-rapport fit-totalità tiegħu.
Qal li l-liġi li tirregola lill-Kumitat Parlamentari għall-Ħajja Pubblika ma tagħtix għażla lill-Ispeaker li jivvota favur parti minn rapport jew kontra parti oħra tar-rapport.
Fi stqarrija, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ppubblika l-motivazzjoni wara l-vot tiegħu li fiha nnota illi d-deċiżjoni tal-Kummisarju George Hyzler espressa fir-rapport li ħareġ hija waħda soġġettiva.
Dr Farrugia sostna li għandu jkun hemm linji gwida applikabbli f’każijiet simili għal dak trattat fir-rapport inkwistjoni.